“L-aġenti tal-propjetà b’aktar importanza bir-riforma tas-suq tal-kera” – Galdes

L-aġenti tal-propjetà għandhom isegwu standards għolja fis-suq tal-kera għax huma l-qofol ta’ dan is-suq. Huma jservu  ta’ intermedjarji bejn is-sid u min qed jikri. Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes meta kien qed iżur l-uffiċini ta’ Engel & Voelkers Sara Grech fl-Imrieħel.

Waqt l-indirizz tiegħu, Galdes qal li l-white paper trid li l-aqwa prattiċi jsiru l-ordni tal-ġurnata għall-benefiċċju kemm tas-sidien kif ukoll għall-familji li qed jikru.

Tenna li l-uffiċji ta’ Sara Grech huma storja ta’ suċċess fejn jidħlu aġenti lokali għax jifhmu kemm lil min qed ibigħ jew jikri kif ukoll lil min qed jixtri. Semma li hawn numru żgħir ta’ aġenti li jħarsu lejn investimenti short term u dawn qed jikkreaw insabbilità.