“L-aġenti għamlu kollox biex isalvaw lit-tfal immigranti li mietu”

U.S. Customs and Border Protection Commissioner Kevin McAleenan addresses a news conference on the Trump administration's plan to deploy U.S. military forces to the Southwest border at U.S. Customs & Border Protection headquarters in Washington, U.S., October 29, 2018. REUTERS/Jonathan Ernst

Il-Kap tal-Customs and Border Protection fl-Istati Uniti ddefenda lill-aġenti tiegħu fil-mod kif ħadu ħsieb żewġt itfal morda li spiċċaw mietu meta taħt il-kustodja tagħhom. Hu sostna li dawn għamlu minn kollox sabiex jagħtu l-għajnuna medika neċessarja minkejja ċ-ċirkustanzi diffiċli.

L-imwiet intensifikaw id-dibattitu dwar il-policy tal-immigrazzjoni fil-pajjiż hekk kif il-President Donald Trump qed jitlob sabiex jingħata $5 biljun sabiex jiffinanzja l-bini ta’ ħajt mal-fruntiera tal-Messiku. Kawża ta’ din it-talba, il-Gvern tal-pajjiż daħal għal shutdown li ilu għaddej disat ijiem.

Felipe Gomez Alonzo, ta’ 8 snin miet fil-Milied. Aktar kmieni f’Diċembru, tifla ta’ 7 snin bl-isem ta’ Jakelin Caal mietet wara li nżammet flimkien ma’ missierha mill-aġenti fl-Istati Uniti f’parti minn New Mexico.