L-aġent ta’ Bale jiċħad li Spurs riedu jixtruh lura

L-aġent ta’ Gareth Bale, Jonathan Barnett qal li mhux veru li Tottenham għamlu offerta lil Real Madrid biex jixtru lil Bale f’Jannar.

Bale, l-attakkant ta’ Wales, ingħad li kien se jirritorna għand Spurs qabel jieqaf iż-żmien ta’ trasferimenti. Madankollu l-ebda trasferiment ma’ sar u Bale baqa’ f’Madrid fejn se jkun qed jispiċċa s-seba’ staġun sħiħ ma’ Los Blancos.

Barnett insista lil Spirs ma’ għamlu l-ebda offerta għalih, iżda ma ċaħadx ir-rapporti li qalu li Daniel Levy mar Madrid biex jitkellem mall-President tal-klabb Spanjol Florentino Perez.

Bale fadallu sentejn u nofs fil-kuntratt, u sakemm jibqa’ Zinedine Zidane fil-kariga tal-maniġer, jidher li l-kuntratt mhux se jerġa’ jiġġeddidlu.