L-AĠ qed iċaħħadna minn bilanċ demokratiku – Delia

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia qal li l-Avukat Ġenerali Peter Grech huwa l-Prim Attur fit-theddida għad-demokrazija meta qed iċaħħad lill-opppożizzjoni l-għodda politika meħtieġa u b’hekk, joħloq żbilanċ politiku.

Waqt li kien qiegħed jiġi ntervistat minn ġurnalista ta’ Net TV fuq ir-Radju tal-Partit Nazzjonalista Net FM, Delia qal li hu, bħala Kap tal-Oppożizzjoni għandu dritt li jkollu r-rapport sħiħ tal-inkjesta Egrant mill-Magistrat Aaron Bugeja u kien għalhekk li fetaħ kawża kostituzzjonali wara li l-Avukat Ġenerali li qed ixekkel l-Partit Nazzjonalista u jitfa’ kollox f’keffa waħda billi jippermetti li l-Gvern ikollu arma f’idejh jiġifieri r-rapport sħiħ ui l-Oppożizzjoni le.

Direct Order illegali?

Dwar it-tender  mogħti b’direct order f’San Vinċenż, Delia qal li l-Ministru tal-Finanzi għandu ma stembaħx fuq tender ta’ kwart miljun ewro u jibqa’ jgħid li ma jafx biħ meta dan ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern.

Huwa qal li dan il-każ jimxi id f’id mal-bini taċ-ċentru tas-Saħħa fir-Raħal l-Ġdid li din il-ġimgħa stess, fil-qrati ħareġ li kien hemm it-taħwid bil-Gvern jibqa’ sieket dwar dan kollu.

Delia qal li l-Gvern qed jara kif jagħmel biex idur mas-sistema ta’proċedura biex, b’mod sistematiku, jabbuża mis-sistema tat-tendering u b’hekk jikkontrolla min qed jieħu xiex.

Delia kkritka lill-Prim Ministru li, skont hu, iħossu komdu li jattakka il-bank ewropew ghax skontu ‘qabdu maghna għax żgħar’.

Dwar it-trasport, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li l-partit a diġa beda jaħdem biex joffri soluzzjoni fit-tul għal 10 snin li ġejjin bl-Gvern għandu biss pjanijiet ta’ malajr. Huwa qal li l-ġenituri u t-tfal fuq l-għatba ta’ sena skolastika ġdida m’għandhomx is-serħan tal-moħħ li se jaslu l-iskejjel fil-ħin.

Huwa qal li ċ-ċittadini qed jinħossu li l-għoli tal-ħajja qed jgħolli rasu, bl-unjins jammettu l-miżuri tal-għoli tal-ħajja tnaqqru. Delia kompla li statistika turi 10 fil-mija tal-poplu Malti mhux qed ileħaq mal-ħlasijiet tal-kirjiet jew l-bank loans. Il-Gvern falla fit-tentattiv tiegħu li jeqred l-faqar. In-negozju qed jikkrea l-ġid izda  l-Gvern qed joħloq il-faqar.