L-AĠ missu ppubblika r-rapport minnufih – PD

Il-Partit Demokratiku saħaq li l-Avukat Ġenerali kellu jippubblika r-rapport sħiħ mill-ewwel, u mhux jistenna lill-Prim Ministru li qal li se jippubblikah fi ftit ġranet oħra.

Il-Partit argumenta li hu fl-interess nazzjonali li l-poplu jara r-rapport.

Barra minn hekk, ġaladarba l-każ jikkonċerna lill-Prim Ministru u lil martu, il-fatt li huwa l-PM biss li għandu aċċess għar-rapport sħiħ, huwa nuqqas ta’ trasparenza li mhuwiex aċċettabbli f’demokrazija.

Skont il-Partit Demokratiku, il-Prim Ministru jkun qed “iżeblaħ is-Saltna tad-Dritt” jekk ma jerġax jikkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fuq il-karigi ta’ Keith Schembri u Konrad Mizzi.

Il-Partit Demokratiku stqarr li jemmen li l-innoċenti m’għandhomx jibżgħu mill-qrati, b’referenza għal Simon Busuttil, li ħafna qegħdin jopponuh minħabba l-allegat gideb tiegħu dwar il-każ Egrant.