L-akkademiku Malti fil-qalba ta’ kumplott fl-Istati Uniti

Joseph Mifsud

L-avukat Ġenerali Amerikan William Barr bl-appoġġ tal-President Amerikan Donald Trump intensifika l-isforzi tiegħu biex tiġi konkluża l-investigazzjoni tal-FBI fuq l-interferenza Russa fl-elezzjonijiet presidenzjali tal-2016. Il-President Amerikan Trump ilmenta li l-kampanja tiegħu kienet fil-mira ta’ intelligence Amerikana u aġenzji ta’ infurzat Amerkani li pruvaw itellfuh milli jirbaħ l-elezzjonijiet presidentali.

Investigazzjonijiet mill-konsulent speċjali Riobert Mueller ikkonkludew li Moska ntervjena fl-elezzjonijiet biex jgħinu lil Trump jirbaħ dawk l-elezzjonijiet iżda ma kienx hemm evidenza b’saħħitha li juri komplott kriminali mar-Russja.

Bħala parti mill-inkjesta Barr talab uffiċjali tal-Ġustizzja Brittaniċi u Awstraljani għall-assistenza u żar l-Italja darbtejn, waqt li iltaqa’ ma’ aġenti tal-Intelligence f’Ruma f’Awwissu u Settembru biex jitgħallem aktar dwar il-persuni msemmija fir-rapport ta’ Mueller.

Figura ċentrali fir-rapport ta’ Mueller hu Joseph Mifsud, akkademiku Malti u kellu kuntatt mal-konsulent tal-President Amerikan George Papadopoulos