L-AFM tħarreġ disa’ Gwardji tal-Kosta Libjana

Il-Forzi Armati ta’ Malta permezz ta’ programm iffinanzjat mill-proġett Ewropew Seahorse Mediterranean tat taħriġ lil disa’ Gwardji tal-Kosta Libjana.
Waqt ġimgħatejn f’Malta huma kienu mħarrġa fuq proċeduri ta’ tfittxja u salvataġġ fost oħrajn.
Huma ngħataw ċertifikat fil-preżenza taċ-Chargé d’Affaires Libjan Elhabib M A Alamin u l-Kurunell Christopher Attard.
Il-Proġett Seahorse Mediterranean għandu l-għan li jnaqqas l-immigrazzjoni illegali mill-baħar bejn il-pajjiżi fil-Mediterran.
Bejn l-2006 u l-2012 l-għadd ta’ persuni li ġew interċettati naqas bi 30,668.
Il-proġett huwa mmexxi mil-Logutent-Kurunell Mario A Borg u jinkludi wkoll netwerk ta’ komunikazzjoni bis-satellita fost il-pajjiżi involuti kif ukoll taħriġ għall-Gwardji tal-Kosta mill-Afrika ta’ Fuq. 
Ritratt: AFM