L-AFM tassisti fit-tindif tal-bajja tal-Imġiebaħ

Dalgħodu l-Forzi Armati ta’ Malta kienu involuti f’operazzjoni ta’ tindif fil-bajja tal-Imġiebaħ.
Kif kien żvela Newsbook.com.mt, it-tindif din il-bajja kien skedat li jsir dalgħodu wara laqgħa li kienet saret bejn id-Direttorat għat-Tindif u l-AFM.
It-tindif tal-alka f’din il-bajja ma jsirx bħal f’bajjiet oħrajn.
Minħabba l-post fejn tinsab il-bajja, Tranport Malta kellha titlob l-assistenza tal-AFM biex it-tindif isir permezz ta’ dgħajjes.
Waqt din l-operazzjoni, l-AFM provdiet 13-il membru tal-ekwipaġġ flimkien ma’ patrol boat apposta. It-tindif dam għaddej nofstanhar.