L-AFM tassisti erba’ immigranti li kienu fi triqthom lejn Sqallija

Il-bieraħ membri mill-Forzi Armati ta’ Malta taw assistenza lil erba' immigranti li kienu abbord dingi li kien sejjer lejn Sqallija.

Tnejn milli kellhom bżonn l-għajnuna kienu qed jistennew tarbija. Wara li nġiebu fuq l-art, l-immigranti ttieħdu l-isptar Mater Dei għal aktar kura.

Il-bqija tal-immigranti baqgħu sejrin sal-Italja fejn ingħataw l-għajnuna mill-Forzi Armati Taljani.