L-AFM ma tafx bi grupp ta’ 50 immigrant fiż-żona Maltija

Sea Watch

Read in English.

Il-Forzi Armati ta’ Malta mhumiex infurmati dwar grupp ta’ madwar 50 persuna li qed ifittxu l-ażil li għaddejjin miż-żona ta’ tiftix u salvataġġ Maltija. Sa issa għadu mhux magħruf id-destin ta’ dan il-grupp ta’ immigranti li ġew osservat għaddejjin miż-żona marittima li tagħha Malta hija responsabbli.

Newsbook.com.mt staqsa lill-kelliem tal-Armata kinitx konxja dwar din id-dgħajsa u jekk kienx hemm żbark f’Malta tul l-aħħar 24 siegħa. Il-kelliem wieġbet li la kienet infurmata dwar xi ħidma ta’ salvataġġ u lanqas dwar xi dgħajsa f’diffikultà.

Fuq id-dgħajsa jidher li hemm bejn 50 u 60 persuna li qed ifittxu l-ażil u sabu ruħhom f’diffikultà fiż-żona ta’ tfittxija u salvataġġ Maltija. , iżda bastiment fil-viċin tal-Forzi Armati ta’ Malta allegatament tbiegħed mid-dgħajsa tal-lastiku tagħhom.

Alarm Phone, l-għaqda li topera linja tat-telefown għal persuni li jsibu ruħhom f’diffikultà fil-Mediterran, wissiet lill-awtoritajiet Maltin u Taljani ftit wara l-5am tas-Sibt filgħodu bil-preżenza tal-grupp fiż-żona Maltija.

Alarm Phone tavża lill-awtoritajiet Maltin u Taljani
50 immigrant fl-ibħra territorjali Maltin – Alarm Phone

Min-naħa l-oħra, l-għaqda umanitarja Sea-Watch bagħtet l-ajruplan Moonbird biex issegwi lid-dgħajsa u sabet li patrol boat tal-AFM, il-P24, kienet biss żewġ mili nawtiċi ‘l bogħod. Qalu li s-suldati Maltin naqsu milli jwieġbu għat-talbiet li kienu qed isiru tbiegħed mix-xena.

Jidher li s-suldati Maltin għaddewlhom ġgieget tas-salvataġġ. Dan hekk kif ritratti ppubblikati aktar tard minn Sea-Watch juru li l-immigranti libsu ġgieget tas-salvataġġ. Id-dgħajsa kienet intlemħet is-Sibt fl-4.07pm, 13-il mil nawtiku ‘l barra mill-ibħra territorjali Maltin. Intqal li għall-kuntrarju tal-ewwel darba, l-immigranti kienu lebsin ġgieget tas-salvataġġ.

Fit-tweet tagħha, Sea-Watch qalet lill-Forzi Armati ta’ Malta li ma kienx biżżejjed li jqassmu l-ġkieket tas-salvataġġ imma li n-nies abbord kellhom jiġu salvati u jittieħdu f’port sigur.