L-AFM issalva 97 immigrant

AFM

Read in English.

Total ta’ 97 persuna ġew salvati mill-Forzi Armati ta’ Malta wara li spiċċaw fi stat ta’ periklu waqt li kienu bejn sema u ilma.

Kelliema għall-Forzi Armati ta’ Malta qalet ma’ Newsbook.com.mt li d-dgħajsa li kienet qed iġġorr lill-persuni li qed ifittxu l-għażil kienet telqet mil-Libja u ġiet interċettata f’ibħra territorjali Maltin.

L-immigranti ġew trasferiti għal patrol boat tal-Forzi Armati ta’ Malta u żbarkaw f’Haywharf ilbieraħ għall-ħabta tad-8.45pm.