Aġġornata: L-AFM issalva 69 immigrant fl-ibħra Maltin

UNHCR

69 immigrant li kienu qed jivvjaġġaw fil-baħar lejn il-Mediterran ġew salvati minn ħidma tal-Forzi Armati ta’ Malta.

Id-dgħajsa tal-injam li fuqha kienu l-immigranti ġiet interċettata 117-il mil nawtiku fil-Lbiċ ta’ Malta.

Fi stqarrija mill-AFM ġie spjegat li dawn se jkunu qed jissaħlu Malta minn Hay Wharf aktar tard illum.

Fi stqarrija, l-Aġenzija għar-Refuġjati tan-Nazzjonijiet Magħquda (UNHCR) faħħret il-ħidma tal-AFM. Madanakollu, qalet li tinsab konċernata dwar ir-refuġjati u migranti li ssalvaw mill-bastiment Sea-Watch 3 u s-Sea Eye. Appellat għas-solidarjetà u l-iżbark ta’ dawk salvati fl-eqreb port.