Aġġornata: Jinstab il-katavru tas-sajjied f’Kemmuna

Arkivji

Fi stqarrija, il-pulizja qalet li nstab l-katavru tar-raġel ta’ 67 sena mill-Mosta viċin Kemmuna.

Kien ilbieraħ, għall-ħabta tal-10.50pm, meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm intlemaħ ġisem ta’ persuna fil-baħar viċin is-Sikka ta’ Kemmuna.

Fuq din l-informazzjoni, il-Pulizija mid-Distrett t’Għawdex infurmat lill-Forzi Armati ta’ Malta li min-naħa tagħhom bdew it-tfittxijiet fl-inħawi ta’ fejn intlemaħ il-ġisem permezz ta’ patrol boat kif ukoll permezz ta’ ħelikopter.

Newsbook.com.mt jinsab infurmat li l-Forzi Armati ta’ Malta kienu ilhom għaddejjin bi tfittxija fl-akkwati ta’ Kemmuna mill-bieraħ għal ħabta tal-11am wara li daħal rapport li kien hemm persuna nieqsa.

Ritratt: Arkivji