Aġġornata (2): Filmat: L-AFM ssalva 45 immigrant; jidħlu Malta

Read in English.

Il-Forzi Armati ta’ Malta salvaw 45 immigrant Dan ikkonfermatu ma’ Newsbook.com.mt kelliema għall-Forzi Armati ta’ Malta.

Aktar kmieni llum, l-għaqda mhux governattiva Alarm Phone talbet għas-salvataġġ immedjat ta’ 32 persuna li kienu jinsabu f’periklu fl-ibħra territorjali Maltin. L-għaqda qalet li fosthom kien hemm sebat itfal u żewġ nisa tqal.

Għal perjodu twil ta’ ħin, l-għaqda sostniet li l-awtoritajiet Maltin ma kienu ħadu l-ebda azzjoni immedjata biex jiġu salvati dawn il-persuni.

Aktar kmieni llum, Newsbook.com.mt kien tkellem mal-Forzi Armati ta’ Malta li sostnew li ma kellhomx aktar informazzjoni x’jipprovdu dwar il-każ.