L-affarijiet jieħdu xejra oħra għal Karen

Mil-lum fid-9pm fuq l-istazzjon One se terġa’ tixxandar is-sensiela Elf Metodu b’kitba ta’ Simon Bartolo fuq idea ta’ Mark Doneo.

F’din is-sensiela niltaqgħu ma’ Karen, mara apoloġetika għall-aħħar, hair-dresser u li tipprova tkun ħabiba ma’ kulħadd. Żewġha Deemer jaqlibhielha u jaħqarha filwaqt li l-kelb tiegħu, Elvis, jieħu gost jgħaddiha biż-żmien.

Meta Karen tagħmel ħbieb ġodda, żewġha ma jieħux pjaċir u lil Karen jgħarralha. Imma mbagħad l-affarijiet jieħdu xejra mhux mistennija…

Il-kast ta’ din is-sensiela jinkludi lil Louise Doneo, Alexia Pace, Jean Pierre Cassar, Sandra Davis, Lawrence Buontempo, Krista Vella, Christine Francalanza, Rowena Gauci Davison, Silvio Axisa u Alison Abela.