L-AD twiegħed li tneħħi l-kaċċa anke fir-rebbiegħa

L-Alternattiva Demokratika qalet li jekk tkun fil-parlament, tipproponi li titneħħa anke l-kaċċa fir-rebbiegħa.

Fi stqarrija, iċ-Chairman Michael Briguglio qal li l-partiti politiċi ewlenin mhumiex lesti li jieħdu din il-pożizzjoni, u dan deher biċ-ċar minn kwestjonarju li ntbagħat mill-għaqda ‘Birdlife’ li maġġoranza assoluta tal-politiċi ma riedux jirrispondu.

L-AD sostniet li b’din il-proposta, Malta tkun qed taqdi d-dmirijiet kollha tagħha f’dan il-qasam mal-Unjoni Ewropea.