L-AD titlob investigazzjoni dwar il-mewt tal-500 sponsun

L-Alternattiva Demokratika qed turi t-tħassib tagħha dwar il-mewt ta’ 500 sponsun salvaġġ li kienu qed jinżammu fit-taqsima tal-kwaratina bħala evidenza tal-qorti b’rabta ma’ każ ta’ kutrabandu b’dawn l-għasafar mill-Italja.
Il-kelliem tal-Alternattiva għall-Ħarsien tal-Annimali, Simon Galea, qal li dawn l-inċidenti huma inaċċettabbli u talab lis-Segretarjat Parlamentari responsabbli mid-Drittijiet tal-Annimali biex jinvestiga dan il-każ.
Fi stqarrija l-Alternattiva qalet li jeħtieġ ikun hemm ħaddiema mħarrġa u faċilitajiet adekwati biex it-taqsima tal-kwarantina titmexxa aktar b’mod professjonali.
Żiedet tgħid li meta l-ispazju jkun limitat, l-għasafar għandhom jinħelsu, jinżammu ritratti tagħhom jew inkella jinżammu f’guvi privati li jħallas għalihom min ikun kiser il-liġi.