L-AD titkellem dwar il-finanzjament tal-partiti politiċi

L-Alternattiva Demokratika qalet li fil-parlament se tressaq mozzjonijiet dwar il-finanzjament tal-partiti politiċi kif ukoll kontra amnestiji lil dawk li sejjħet l-iżviluppatturi l-kbar dwar żvilupp irregolari.

Iċ-Ċerperson tal-Alternattiva Demokratika Michael Briguglio qal li fil-Parlament l-Alternattiva Demokratika se tiżgura li l-finanzjament tal-partiti politiċi ikun fuq l-aġenda. Filwaqt li qalet li għal darb’oħra huwa ċar li kemm il-Partit Nazzjonalista u l-Partit Labursita jixtiequ li l-MEPA tkun skjav tal-iżviluppatturi kbar.

Is-Segretarju Ġenerali tal-AD Ralph Cassar qal li jistennew li l-Partit Nazzjonalista u l-Partit Laburista jippubblikaw rendikont dettaljat tad-dħul u l-infiq, inkluż barters, għal kull materjal promozzjonali u tagħmir tagħhom. L-AD qalet li wara l-Ekezzjonijiet Ġenerali huma se jippubblikaw il-kontijiet tal-kampanja tagħhom. Kompla jghid li għandu jkun hemm sistema ta’ finanzjament tal-partiti politiċi mill-istat.