L-AD tilqa’ ir-riforma fil-liġijiet dwar id-droga

Photo: Archives

L-Alternattiva Demokratika tilqa’ ir-riforma fil-liġijiet dwar id-droga, liema White Paper tressqet aktar kmieni din il-ġimgħa mill-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonniċi.
Il-Kelliem tal-Alternattiva Robert Callus qal li din il-White Paper hija bbażata fuq il-mudell Portuġiż, liema mudell l-Alternattiva ilha tissuġġerixxi li pajjiżna għandu jimxu fuqu.
Callus qal li l-liġi se tkun qed tindirizza in-nuqqasijiet preżenti fis-sistema legali dwar id-droga għall-użu personali.
Qal li filwaqt li l-Alternattiva Demokratika tawgura lill-Gvern li jkompli f’dan it-tibdil, iwettaq ukoll monitoraġġ tal-impatt li dan it-tibdil jista’ jħalli fuq is-soċjetà Maltija.