L-AD tgħid li l-poplu għadu mċaħħad mill-art pubblika fl-Armier

Iċ-Chairperson tal-Alternattiva Demokratika, Arnold Cassola qal li dawk li jabbużaw jiġu ppremjati filwaqt li ċittadini oħra jiġu mċaħħda mill-art pubblika.
Arnold Cassola qal dan b’reazzjoni għad-deċiżjoni tal-Korporazzjoni Enemalta li tinstalla l-ismart meters fil-kmamar fil-bajja tal-Armier.
Min-naħa tiegħu, il-Kelliem tal-Alternattiva Demokratika għall-Enerġija, Ralph Cassar qal li huwa ta’ għajb kif binjiet illegali fuq art pubblika kellhom u se jibqa’ jkollhom is-servizz tal-enerġija pprovdut mill-Istat.
Cassar qal ukoll li dan is-servizz imissu qatt ma ingħata għaliex il-problema prinċipali hija s-serq ta’ art pubblika li qed issir mis-sidien ta’ dawn il-kmamar.
Staqsa x’qed iżomm lill-Gvern milli jieħu passi u jitwaqqgħu dawn il-kmamar li fi kliemu huma kollha mibnija llegalment.