L-AD tgħid li 2000 vot huma biżżejjed…

L-Alternattiva Demokratika qalet li 2000 vot lilha bħala l-ewwel preferenza f’Distrett elettorali, jistgħu jkunu biżżejjed biex il-Parlament għall-ewwel darba ikun aktar demokratiku u jkollu iżjed minn żewġ partiti.

Fi stqarrija l-Alternattiva qalet li dan huwa possibbli peress li jintirtu l-voti mingħand kandidati oħra. Kompliet tispjega li meta kandidat jiġi elett mal-ewwel count, il-voti iżjed mill-kwota li jkollu jitqassmu skond it-tieni preferenza.

Qalet li l-kandidati ta’ Alternattiva Demokratika jirtu numru minn dawn il-voti, u l-istess jiġri meta jiġi eliminat kandidat. F’dan il-każ il-voti kollha tiegħu jitqassmu skond il-preferenza li jkun imiss.