L-AD tagħti prijorità lill-ambjent

Iċ-Ċhairperson tal-Alternattiva Demokratika Dr Michael Briguglio qal li l-ambjent se jkollu prijorità f’kull qasam tal-politika jekk l-AD tkun rappreżentata fil-Parlament.

Dan qalu waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-Belt Valletta. Dr Briguglio semma’ li l-AD qed tipproponi riforma tal-MEPA u politika sostenibbli dwar l-ilma, ġustizzja ambjentali u aktar drittijiet lill-komunitajiet lokali.

Id-Deputat Ċhairperson ta’ AD Carmel Cacopardo qal li fil-manifest elettorali tagħha hemm 28 oqsma differenti li jitrattaw il-politika ambjentali.