L-AD ma taqbilx mal-Knisja u għaqdiet oħra dwar il-prostituzzjoni

Read in English.

F’dawn l-aħħar jiem il-Knisja u diversi għaqdiet oħra għamlu l-pożizzjoni tagħhom ċara dwar id-dokument ta’ konsultazzjoni li tressaq fil-Parlament dwar il-prostituzzjoni u t-traffikar ta’ persuni.

Huma saħqu li l-prostituta għandha tiġi dikriminalizzata iżda l-klijenti, l-pimps, is-sidien ta’ klabbs u dawk involuti għandhom jiġu kriminalizzati. L-Alternattiva Demokratika qalet li l-klijent m’għandux ikun kriminalizzat għax ikollu iktar poter fuq il-prostituti. L-AD żiedu li l-kriminalizzazzjoni tal-klijenti fil-prostituzzjoni se twassal biex il-pulizija jinħlew fis-sorveljanza tal-prostituti minflok fis-saħħa sesswali.

Fid-dokument tal-konsultazzjoni dwar din ir-riforma, Alternattiva Demokratika qalet li l-mudell Nordiku li qed jiġi propost falla minħabba li l-klijenti kellhom iktar saħħa fuq il-prostituti. Saħqu li riżultat t’hekk il-prostituti kienu jiġu mhedda u għalhekk ma fittxewx l-għajnuna meta xtaqu jieqfu minħabba l-biża’ li jkollhom jikxfu lill-klijenti tagħhom.

Fis-suġġerimenti tagħhom l-Alternattiva Demokratika sostnew li din ir-riforma għandha tibbaża fuq il-kunċett ta’ jitnaqqas ir-riskju. Appellaw li biex din ir-riforma tkun effettiva wieħed għandu jisma’ u jikkonsulta mal-prostituti nnifishom.

L-AD rrimarkaw li meta wieħed jiddiskuti t-traffikar uman m’għandux iżomm f’moħħu biss il-prostituzzjoni iżda hemm traffikar uman ieħor.

Mina Tolu l-kelliema tal-Affarijiet tal-Unjoni Ewropea f’isem l-Aternattiva Demoktartika qalu li r-riforma fil-prostituzzjoni għandha tkun waħda olistika u toffri servizzi ta’ sapport li jinkludu s-saħħa u l-edukazzjoni.

Ara: