L-AD jħeġġu lill-MPT biex jużaw trasport alternattiv

Iċ-ċerpersin tal-Alternattiva Demokratika, Carmel Cacopardo flimkien mas-Segretarju Ġenerali, Ralph Cassar qalu li hemm bżonn ta’ mezzi ta’ trasport differenti biex in-nies inaqqsu d-dipendenza tagħhom minn fuq il-karozzi privati. Huma qalu li aktar spazju fit-triq għandu jkun ddedikat għat-trasport pubbliku filwaqt li t-toroq għandhom isiru aktar siguri biex jintużaw aktar mir-roti u r-roti elettriċi.

L-Alternattiva Demokratika kellha kellha laqgħa ma’ Transport Malta fuq dawn il-kwistjonijiet. Skont stqarrija maħruġa mill-Partit, iż-żewġ naħat iddiskutew kif l-ispazju limitat f’Malta jkun jista’ jintuża aħjar biex in-nies ikunu jistgħu jivvjaġġaw minn post għal ieħor bl-aktar mod effiċjenti possibbli.

Transport Malta qalet li tul dawn is-snin kienu milħuqa bosta suċċessi, iżda kien diskuss ukoll in-numru ta’ sfidi li jħabbtu wiċċhom magħhom ta’ kuljum.