L-AD b’appell lill-Kummissarju dwar iż-żoo f’Montekristo

L-Alternattiva Demokratika qed titlob lill-Kummissarju tal-Pulizija biex jiftaħ inkjesta interna dwar il-każ taż-żoo f’Montekristo.

L-Alternattiva Demokratika (AD) qed tistaqsi jekk hemmx żoo jew le fil-każ ta’ Charles Polidano magħruf bħala ċ-Ċaqnu li ġie meħlus mill-Qorti l-ġimgħa l-oħra wara li tigra ħebbet għal tifel u weġġatu serjament.

Fl-istqarrija l-AD qed tistaqsi jekk kienx hemm negliġenza mill-Pulizija jew agħar minn hekk, wara li fil-pussess tal-Qorti rriżulta ritratt wieħed biss, dak ta’ tigra, u tal-ebda annimal ieħor li se jindika li kien hemm żoo.