€4,000 ġew preżentati lid-Dar Tal-Providenza mill-Istitut Malti tal-Accountants. Membri tal-Istitut ikkontribew għal din is-somma kif ukoll somma li nġabret waqt attività soċjali annwali mtellgħa għall-membri.
Il-President tal-Istitut, William Spiteri Bailey, saħaq li l-Istitut għandu rwol doppju fis-soċjetà, il-funzjonijiet li għandhom jaqdu kif ukoll l-irwol tal-accountants li joħroġ minn dawn il-funzjonijiet. Spiteri Bailey qal li l-Istitut dis-sena għażel li jappoġġa l-kawża mressqa mill-Advocacy for Legacy dik tad-Dar tal-Providenza. Id-Direttur tad-Dar Tal-Providenza, Martin Micallef, rringrazzja lill-Istitut għad-donazzjoni tagħhom. Jesmond Saliba li huwa l-fundatur tal-Advocacy for Legacy rringrazzja lill-Istitut Malti tal-Accountants.