“L-aċċess għal Manoel Island se jibqa’ miftuħ”

Kamp Emerġenza Ambjent sostniet li l-aċċess għal Manoel Island se jibqa’ miftuħ, u kull tentattiv biex dan jingħalaq se jintlaqa’ b’azzjonijiet oħra biex jerġa’ jinfetaħ.
Kamp Emerġenza Ambjent qalet dan fi stqarrija, wara li twaħħlet grada ġdida biex ikun imblukkat l-aċċess għal Manoel Island.
Il-Kamp sostna li l-konsorzju MIDI m’għandu ebda dritt jagħlaq l-aċċess.
Fi tweġiba għall-istqarrija tal-MIDI li l-aċċess kien miftuħ, il-Kamp saħaq li għandu iktar minn xhur wieħed li jikkonferma li l-gradi kienu magħluqin.
Barra minn hekk qalet ukoll li l-attivisti tagħha qagħdu attenti li ma jagħmlux ħsara lill-gradi li kienu qed jagħlu l-aċċess u li ebda bibien ma nkissru.
Nhar is-Sibt li għadda, attivisti mill-Kamp Emerġenza Ambjent dalgħodu fetħu l-grada li kienet qed timblokka l-aċċess ta’ Manoel Island għall-pubbliku.
Wara li nfetaħ l-aċċess, diversi kienu dawk il-persuni li ħadu l-opportunità u wara 16-il sena reġgħu marru jgawdu Manoel Island u l-baħar u l-veduta max-xatt tagħha.