L-abbużi u l-konflitti qed joskuraw wiċċ il-Knisja

L-Isqfijiet tal-pajjiżi Nordiċi li ltaqgħu fil-Polonja

L-Isqfijiet tal-pajjiżi Nordiċi li f’dawn il-jiem iltaqgħu f’Szczecin fil-Polonja għal sessjoni plenarja tal-Konferenzi tal-Isqfijiet, inidizzaw ittra lill-insara tal-pajjiżi rispettivi tagħhom, b’riferenzagħall-ittra tal-Papa Franġisku lill-Poplu t’Alla li bagħat fl-20 tax-xahar li għadda.

“L-abbużi sesswali, abbużi ta’ poter u ġlied intern fl-ogħla livelli joskuraw lill-Knisja kollha, l-għarusa tal-Ispirtu s-Santu”, tgħid l-ittra tal-Isqfijiet.

“Il-Papa nnifsu dan l-aħħar kien attakka b’mod mingħajr preċedent”, qalu l-Isqfijiet filwaqt li appellaw lill-“insara kollha biex jitolbu għall-Knisja u għall-Papa biex il-Muelj jagħtih id-don tad-dixxerniment spiritwali, kuraġġ u saħħa biex jiggwida l-Knisja f’dawn iż-żminijiet”.

Is-seba’ Isqfijiet preżenti għal din il-laqgħa “irringrazzjaw lis-saċerdoti kollha u lir-reliġjużi nisa li jgħixu l-vokazzjoni tagħhom b’dedikazzjoni sħiħa u fit-talb biex ikunu fidili fis-servizz li jagħtu”.

L-Isqfijiet stiednu lil dawk kollha li jemmnu għal Jum ta’ Sawm nhar il-5 ta’ Otturbu u għal Jum ta’ Talb għall-Knisja skont l-intenzjonijiet tal-Papa, il-Ħadd 7 ta’ Ottubru, festa tal-Madonna tar-Rużarju. “Jalla s-sawm u t-talb”, ikkonkludew l-Isqfijiet fl-ittra tagħhom, “jagħmluna sensittivi għat-tbatijiet u l-inġustizzji ta’ din id-dinja u jagħmluna bil-ġuħ u l-għatx għall-ġustizzja”.