
Il-Papa Franġisku għamel l-ewwel żjara papali tiegħu ġewwa l-Irlanda wara 39 sena. Huwa beda d-diskors tiegħu billi rrefera għan-nuqqas fil-mod kif l-awtoritajiet tal-Knisja trattaw każijiet klerikali ta’ abbużi fuq tfal. Huwa rrefera għal dan bħala każi ta’ “stmerrija” li jibqgħu sors ta’ mistħija għall-komunità Kattolika.
Huwa qal li n-nuqqas ta’ azzjoni min-naħa tal-awtoritajiet ekkleżjastiċi, ta’ l-lok għal sens kbir ta’ offiża lill-komunità Kattolika. Illum l-Irlanda m’għadiex santwarju tal-Kattoliċi, bħalma kienet lura fl-1979, meta d-divorzju u l-kontraċettivi kienu illegali. Dawn l-aħħar tliet snin, il-votanti approvaw ukoll iż-żwieġ bejn koppji tal-istess sess, dan ifisser li sfidaw ix-xewqa tal-Knisja.
Il-Papa saqsa lill-pajjiż Irlandiż biex ma jinsiex l-għeruq sodi tal-messaġġ Nisrani li żammew lill-Irlanda soda fiż-żminijiet l-imgħoddija u li kapaċi jibqgħu iżommuha soda fiż-żmien li ġej.