L-Abbozz ta’ Liġi tal-Ugwaljanza twitti t-triq għall-abort?

Read in English.

Intqalu ħafna affarijiet favur u kontra ż-żewġ abbozzi tal-Liġi tal-Ugwaljanza li hemm quddiem il-Parlament.

Hemm min qal li din se twitti t-triq għall-abort u l-ewtanasja.  Oħrajn, għall-kuntrarju, qed jgħidu li grazzi għal din il-liġi issa se tispiċċa d-diskriminazzjoni mill-pajjiż. Hemm ġenituri li jibagħtu lil uliedhom fl-iskejjel tal-Knisja li jħossuhom inkwetati li l-liġi tolqot ħażin lill-iskejjel.

X’inhi l-verità?

Illum il-Ħamis fl-4pm fuq Newsbook.com.mt, Fr Joe Borg imexxi diskussjoni dwar is-suġġett bejn il-Ministru Edward Zammit Lewis u l-Membru Parlamentari Nazzjonalista Karl Gouder. Jieħdu sehem fil-programm Cynthia Chircop mill-Malta Gays Rights Movement u Fr Jimmy Bartolo SJ, Rettur tal-Kulleġġ San Alwiġi.