L-abbozz li mblokka Brexit bla ftehim se jsir liġi

Read in English.

L-abbozz ta’ liġi li mblokka t-tenattiv tal-Prim Ministru Ingliż li joħroġ mill-UE bla ftehim illejla ġie approvat ukoll mill-House of Lords u għaldaqstant se jsir liġi.

Id-dokument għadda mill-ogħla kamra tal-parlament Ingliż mingħajr emendi. Dan ifisser li issa jgħaddi f’idejn ir-Reġina biex isir liġi.

Il-Lords Ingliżi qalu li huma taw l-attenzjoni meħtieġa lil dan l-abbozz ta’ liġi u approvawh ftit wara l-ħamsa ta’ wara nofsinhar.

Madanakollu mhux mingħajr tentattiv aħħari tal-Lords Konservattivi u favur Brexit li jġebbdu kemm jifilħu d-diskussjoni. Sa ċertu punt, dan iġib fi tmiemu saga sħiħa ta’ ġimgħa diskussjonijiet.