Aġġornata: Jaslu Malta l-40 immigrant salvati mill-Alan Kurdi

Sea-Eye via Twitter

Il-Grupp ta’ 40 immigrant abbord il-vapur Ġermaniż Alan Kurdi għamlu l-wasla tagħhom f’Xatt it-Tiben aktar kmieni llum hekk kif lanċa tal-Forzi Armati ta’ Malta għamlet vjaġġ sabiex dawn jinġabru minn fuq il-bastiment.

Dan l-iżvilupp seħħ hekk kif l-Gvern Malti, fi stqarrija qal li ddeċieda li l-grupp ta’ 40 immigrant abbord il-vapur Ġermaniż Alan Kurdi tal-għaqda non-governattiva Sea-Eye jiddaħħlu Malta wara proposta mill-Gvern Ġermaniż flimkien mal-Kummissjoni Ewropa biex tagħmel l-arranġamenti meħtieġa biex l-immigranti jiġu mqassma bejn numru ta’ pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea.

L-Immigranti ġew trasferiti għal fuq il-lanċa tal-Forzi Armati barra l-ibħra territorjali Maltin fejn bħalissa jinsab il-vapur Alan Kurdi.

Aqra: L-40 immigrant se jiddaħħlu Malta iżda se jitqassmu mal-pajjiżi tal-UE – Joseph Muscat