L-2015 tkun sena oħra ta’ tkabbir għal Etihad Airways

Etihad Airways, il-linja tal-ajru nazzjonali tal-Emerati Għarab Maqgħuda, li jingħad li tinsab f’taħditiet dwar rabtiet mal-Air Malta, matul l-2015 ġarret 17.4 miljun passiġġier, żjieda ta’ 17% fuq l-2014.
Il-linja tal-ajru qalet fi stqarrija li żammet 97,400 titjira b’firxa ta’ 467 miljun kilometru.
Iż-żjieda għat-tkabbir tal-operat permezz tal-ġarr tal-passiġġieri rriżulta li ssuperat iż-żjieda tal-kapaċità tal-linja tal-ajru.
Etihad qalet li ġarret aktar minn 75% tat-23.3 miljun passiġġier li vjaġġaw lejn u mill-ajruport internazzjonali ta’ Abu Dhabi fl-2015.