L-2015: l-agħar sena għall-pellegrinaġġi f’Ġerusalemm

Rapport li ħareġ mill-Franġiskani fl-Art Imqaddsa juri li kien hemm tnaqqis drastiku fil-pellegrini li żaru d-diversi Santwarji li hemm fl-Art Imqaddsa.
Fl-2015 ftit iktar minn 275,000 pellegrin użaw is-servizzi reliġjużi tas-santwarji f'Ġerusalemm, filwaqt li ġew organizzati 8,200 grupp differenti.
Dan ħareġ minn rapport li ġie ppubblikat mill-Uffiċċju tal-Pellegrini Franġiskani, u fih hemm in-numri ta’ pellegrini Kattoliċi.
Ir-rapport ikompli jgħid li r-raġuni għal dan it-tnaqqis tista’ tkun il-biża’ mill-Istat Iżlamiku, il-gwerer li għaddejijn fil-pajjiżi ġirien bħala ma’ huma l-Iraq u s-Sirja kif ukoll in-nuqqas ta’ sigurtà minħabba l-ġlieda kontinwa bejn l-Iżrael u l-Palestina.
Il-Franġiskani huma responsabbli milli jorganizzaw iċ-ċelebrazzjonijiet Kattoliċi f'Ġerusalemm.