L-2015: Bdiet kiesħa u spiċċat sħuna

B’mod ġenerali, l-2015 kienet ikkaratterizzata minn temp moderat.
Is-sena bdiet bl-aktar temperaturi baxxi rreġistrati għall-2015, ekwivalenti għal 2.1°Ċ nhar l-1 ta’ Jannar u leħqu l-ogħla temperatura b’38.4°Ċ fl-aktar jum sħun tas-sajf, nhar il-31 ta’ Lulju.
L-aktar xahar imxarrab kien Frar, b’total ta’ 112.8mm ta’ xita, filwaqt li Ġunju kien l-aktar wieħed xott, hekk kif matulu ġiet irreġistrata biss traċċa ta’ xita.
Bi 12.8mm anqas mill-medja l-ammont ta’ xita li niżlet fl-2015 laħqet il-554.2mm.
Ragħad ġie irrapportat darba nhar is-6 ta’ Frar, filwaqt li ħames t’ijiem tas-sena kienu bis-silġ u jumejn mis-sena esperjenzaw iċ-ċpar.
L-aktar buffura qawwija laħqet il-50 mil nawtiku nhar is-25 ta’ Novembru, bil-veloċità medja tar-riħ kienet ta’ 8.25 mil nawtiku.
Ix-xemx ma naqsitx milli tiddi b’medja ta’ tnax-il siegħa u nofs kuljum.
Is-sena 2015 Malta rat 3095 siegħa ta’ xemx, bl-aktar xahar imdawwal kien Lulju,
L-aktar sena li matulha ddiet ix-xemx tibqa’ dik tal-1961.
Fi tmiem is-sena Malta żammet mar-reputazzjoni tagħha ta’ gżira xemxija b’għadd ta’ sigħat ta’ xemx ogħla min-norma.
L-aktar jum li ra sigħat ta’ xemx kien proprju nhar it-23 ta' Diċembru, hekk kif l-aħħar xerrejja gawdew minn disa’ sigħat u nofs ta’ xemx huma u jixtru l-aħħar rigal tal-Milied.