L-2014 sena tajba għat-turisti bil-cruiseliners

It-turisti li żaru l-gżejjer Maltin bejn Ottubru u Diċembru li għadda żdiedu b’27% fuq l-istess tliet xhur tas-sena li għaddiet, biex fl-aħħar tliet xhur tas-sena qabżu l-150,000 turist.
Il-mitt cruiseliner, li jfisser żieda ta’ 8 vapuri fuq l-istess żmien is-sena ta’ qabel, fissru żieda ta’ 32,500 passiġġier.
Iċ-ċifri huma pożittivi għal dawk li huma cruiseliners li daħlu f’Malta, imma negattivi għal dawk li daħlu f’Għawdex għax it-turisti, fl-istess 3 xhur, naqsu bi ftit iktar min-nofs.
Skont ċifri tal-NSO, l-2014 bħala sena sħiħa kienet waħda pożittiva għal dan il-qasam, li rat żieda ta’ 9.3% fuq l-2013 biex issa qabżu l-471,000 turist.
L-ikbar żidiet ġew mis-suq Ġermaniż u minn dak Franċiż waqt li naqsu t-turisti Ingliżi u Spanjoli.
Fl-aħħar sena daħlu 303 vapuri cruiseliners, li huma żieda ta’ 17-il vapur fuq l-2013.