L-10 suldati Maltin stazzjonati l-Libanu qawwijin u sħaħ wara l-isplużjoni

sluzjoni libanu

Read in English.

Il-Ministru għall-Intern Byron Camilleri ħabbar li l-10 suldati Maltin stazzjonati l-Libanu mhumiex affettwati mill-isplużjoni li seħħet ilbieraħ f’Bejrut u jinsabu qawwijin u sħaħ.

Dan kitbu fuq Facebook ilbieraħ filgħaxija, meta spjega li malli sema’ bl-aħbar xokkanti tal-isplużjoni li kien hemm, iċċekkja li s-suldati tal-Forzi Armati ta’ Malta jinsabu tajbin.

Bħal ħafna mnikket u maħsud b’dak li seħħ illum f’Beirut. Il-Forzi Armati ta’ Malta Armed Forces of Malta (AFM)…

Posted by Byron Camilleri on Tuesday, August 4, 2020

L-għadd ta’ persuni mejta issa qabeż il-100 u hemm madwar 4,000 midrubin. Il-ħaddiema tas-salvataġġ qattgħu l-lejl qalb it-tifrik ifittxu lil aktar persuni li jaf intradmu meta ġrat l-isplużjoni lbieraħ.

L-isplużjoni seħħet f’maħżen fil-port fejn kien jinżamm materjal splussiv u kienet l-agħar waħda f’ħafna snin f’Bejrut, li diġà qed issofri l-konsegwenzi ta’ kriżi ekonomika u żieda fl-infezzjonijiet tal-coronavirus.