L-10 kmandament – La tixtieqx ħwejjeġ tal-oħrajn

Fl-edizzjoni tal-lum ta’ JienInt, Francesca Polidano se tkun qed tagħlaq is-sensiela ta’ programmi dwar l-10 Kmandamenti. Flimkien ma’ Fr Brendan Mark Gatt u Clive Seychell hija se tkun qed tiddiskuti l-10 kmandament – La tixtieqx ħwejjeġ tal-oħrajn.

Kmandament importanti wkoll għax xi kultant fil-ħajja tagħna ma nkunux kuntenti b’dak li għandna, iżda nkunu aktar moħħna f’dak li għandu ħaddieħor… Xi minn daqqiet l-għira twassalna biex nagħmlu ħsara fil-ħwejjeġ tal-oħrajn…. Naraw x’se jwieġbu dwar dan il-mistiedna.

Il-produzzjoni eżekuttiva hi ta’ CPI Media, b’direzzjoni ta’ Fr Louis Mallia MSSP u Paul Jones.

JIENINT jixxandar illum is-Sibt 16 ta’ Mejju fl-4.30pm b’repetizzjoni l-Ħadd fis-7.30am fuq l-istazzjon Net.