L-10 ingredjenti li jservu bħala mega-immunity boosters

Fl-ikel li nieklu nistgħu ninkludu ingredjenti li jservu bħala mega-immunity boosters. Il-biċċa l-kbira tagħhom insibuhom fil-frott u l-ħaxix. Liema huma dawn l-ingredjenti?

  • L-asparagus
  • Il-basal
  • Il-brokkoli
  • Il-faqqigħ
  • Iz-zunnarija
  • Il-kaboċċi
  • Il-pastard
  • Il-bżar ikkulurit
  • It-tewm
  • Il-qargħa ħamra

Dawn l-ingredjenti jissejħu mega-immunity boosters minħabba li għandhom livelli għoljin ħafna ta’ antiossidanti, li jgħinu liċ-ċelloli tagħna jirriġeneraw malajr, filwaqt li jipproteġuna minn infezzjonijiet ikkawżati minn viruses, bakterja u moffa.

L-ismoothies jistgħu jservu bħala l-iktar metodu prattiku u kreattiv, fejn f’tazza waħda wieħed jista’ jinkorpora l-ħames sorsi ta’ frott u ħaxix li għandna nieħdu kuljum. Dan tant hu sempliċi biex isir, li anke t-tfal jistgħu jgħinu biex jagħmluhom!

Din hi riċetta ħafifa ta’ smoothie tal-avocado u l-kiwi:

Ingredjenti meħtieġa:

  • 4 kiwi
  • 1 avocado
  • ½ juice tal-lime
  • 300ml ħalib tas-soya
  • 60ml ħalib tal-coconut
  • 4 kubi tas-silġ

Metodu:

  • Qaxxar il-kiwi u l-avocado, u agħsar il-lime
  • Poġġi l-ingredjenti kollha fil-blender, u ħawwad fuq ‘speed’ għoli sakemm jiġi konsistenti
  • Ferra ġo tazza u servih b’fergħa ta’ larinġa jew frawla fuq il-wiċċ tat-tazza.

X’nistgħu nagħmlu biex innaqqsu l-istress u norqdu sew? Segwi Newsbook fil-jiem li ġejjin.

Dan l-artiklu sar b’kollaborazzjoni bejn Dr Georgiana Farrugia BonniciRadjografa u Tabiba, Ms Claire Ciantar – Counsellor u Complementary Therapist u Ms Christine Busuttil (State Registered Nutrition Therapist).

Jekk tixtieq tagħmel kuntatt mat-Tabiba Georgiana Farrugia Bonnici agħfas hawn.