L-10 edizzjoni tal-premju internazzjonali tal-assigurazzjoni

Ir-rebbieħ jirċievi premju fi flus ta’ €30,000.

Premio Julio Castelo

Il-Fondazzjoni MAPFRE nediet l-għaxar edizzjoni tal-premju internazzjoni tal-assigurazzjoni bl-isem ta’ Julio Castelo Matrán.

Din l-għotja ta’ kull sentejn, bi premju fi flus ta’ €30,000 għandha l-għan li tirrikonoxxi x-xogħol ta’ riċerka xjentifika dwar kwistjonijiet relatati mal-assigurazzjoni u protezzjoni soċjali.

Dan il-premju huwa miftuħ għal individwi jew istituzzjonijiet li wettqu xogħol ta’ riċerka xjentifika li wassal għall-espansjoni ta’ inizzjativi ta’ assigurazzjoni fis-soċjetà, u li kkontribwixxa għal stabbiltà ekonomika u offra protezzjoni soċjali. Ix-xogħol xjentifiku tar-rebbieħ ma jkunx għadu ippubblikat jew ippubblikat fl-aħħar tliet snin. Irrid jkollu wkoll potenzjal li jkun applikat f’pajjiżi jew reġjuni oħra.

L-applikazzjonijiet u d-dokumentazzjoni jistgħu jiġu sottomessi bl-Ingliż, bl-Ispanjol jew bil-Portugiż sat-30 ta ’Ġunju, 2020. Ir-regoli tal-kompetizzjoni jistgħu jinstabu fuq is-sit.

Dan il-premju huwa organizzat f’ġieħ lil Julio Castelo Matrán, ex-President tal-MAPFRE mill-1990 sal-2001, li kellu rwol importanti fl-iżvillup tal-kumpanija.