Kylian Mbappe ħerqan li jingħaqad ma’ PSG

Skont sit tal-internet Franċiż, il-plejer ġojjell ta’ Monaco Kylian Mbappe mhux se jaqsam il-fruntiera lejn pajjiż ieħor iżda se jibqa’ Franza hekk kif wera x-xewqa li jingħaqad ma’ Paris St Germain.
It-tim multi miljunarju li akkwista lil Neymar għal somma rekord ta’ €222 miljun, issa lest joħroġ mill-but €155 miljun oħra sabiex jakkwista lil dan il-player żagħżugħ.
B’hekk jidher illi t-tim minn Pariġi mhux lest jieqaf minn dan is-suq tat-trasferimenti hekk kif jixtiequ jissieltu għar-rebħ taċ-Champions League. 
Għal aktar aħbarijiet mix-xena tal-isport, agħfas hawnhekk.