Kyle u Clayton Camilleri jiddominaw l-ASMK Motocross

Nhar il-Ħadd 4 ta’ Frar 2018 l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi kompliet bl-attività mill-istaġun tal-Muturi Motocross fil-Kampjonat Nazzjonali Honda Motocross 2017/2018. Għal din il-kompetizzjoni rreġistaw 21 kompetitur maqsuma fi-tliet klassijiet.
Matul il-ġurnata fi klassi A li fiha jikkompetu riders b’esperjenza u ħiliet f’dan il-qasam, rajna lil Kyle Camilleri fuq KTM jiddomina it-tiġrija ta’ l-kwalifikazzjoni. Kyle kien segwit min Carmelo Borg fuq Honda u Clayton Camilleri fuq KTM. Matul iz-zewġ Heats oħra tal-ġurnata komplejna naraw lil Kyle Camilleri jirreġistra ħinijiet record fejn dan irnexielu jirbaħ l-ewwel Heat filwaqt li fit-tieni Heat kien Clayton Camilleri li rebaħ din il-Heat u kien segwit min Kyle Camilleri fit-tieni post. Ir-Rizultat finali tal-ġurnata spiċċa bi Clayton jirbaħ it-tiġrija tal-ġurnata segwit min ħuħ Kyle Camilleri. Dawn it-tnejn jikkompetu fuq muturi KTM filwaqt li fit-tielet post daħal Carmel Borg. Fir-raba post daħal Stefan Dimech fuq Honda u fil-ħames post daħal James Zahra fuq Sherco.
Fil-Klassi B rajna lil Bernard Sammut fuq Beta jiddomina din il-klassi fejn irnexielu jirbaħ il-kwalifikazzjoni kif ukoll il-Heats tal-ġurnata. Sammut kien segwit min Daniel Caruana fuq Honda filwaqt li fit-tielet post daħal Christopher Hartmann fuq KTM. Fir-raba u il-ħames post daħlu Krist Falzon u Michael Sant rispettivament it-tnejn fuq muturi Husqvarna.
Fil-Klassi Veterans li fiha jidħlu jikkompetu riders ta 40 sena u iktar. F’din il-klassi erġajna rajna lil Paul Deguara fuq KTM jirbaħ din il-klassi. Paul kien segwit min Andrew Cassar fuq KTM. Fit-tielet post daħal Daniel Bonnici fuq KTM.
Intant l-attivitajiet tal-Assoċjazzjoni sa jkomplu il-Ġimgha d-dieħla fejn nhar il-Ħamis 15 ta’ Frar 2018 ħa ssir il-laqgha u reġistrazzjoni għal dawk il-kompetituri li se jieħdu sehem fil-Mini-Car Demolition li ser issir fit-18 ta’ Marzu 2018 fil-Klabb House l-Imtarfa.

Is-Sibt 17 ta’ Frar 2018 fil-Kumpless f’Ta’ Qali issir il-finali Autocross Klassi A li ġiet posposta nhar il-Ħadd 26 ta’ Novembru 2017. Din Il-Finali tibda 3pm u d-dħul għall din it-tiġrija ħa jkun bla ħlas.
Il-Ħadd 18 ta’ Frar 2018 l-Assoċjazzjoni ASMK sa tkompli b’tiġrija mill-Kampjonat Nazzjonali Wotomoto Enduro 2017/2018. Din l-event ħa ssir fil-barriera tal-Fawwara u tibda fl-10:00am. Reġistration tiftaħ fid-9. 00am
.