Kyle eliminat fil-finali ta’ X Factor

Kyle Cutajar huwa l-ewwel eliminat fil-finali tat-tieni edizzjoni ta’ X Factor Malta. Hu ġab l-inqas ammont ta’ voti min-naħa tat-telesettaturi.

Għal Kyle Cutajar din kienet it-tieni darba li ħa sehem fil-kompetizzjoni ta’ X Factor Malta. Is-sena l-oħra huwa kien wasal sal-fażi tal-Judges Houses.

Illejla ħu tela’ fuq il-palk darbtejn, l-ewwel b’kanzunetta oriġinali tiegħu u wara bi dwett Shallow flimkien ma’ Michela Pace, ir-rebbieħa tal-ewwel edizzjoni ta’ X Factor Malta.

“Grazzi lil kulħadd li wasalt s’hawn,” qal emozzjonat il-parteċipant.

Ray Mercieca ikkummenta li kien ta unur li ħadem flimkien ma’ Kyle Cutajar.