Kwiżż online dwar l-ilsien Malti

It-Tieni Edizzjoni ta’ Aqta’ Xiex: Kwiżż dwar l-ilsien Malti se jkun qed isir, din id-darba online!

Kull parteċipant se jilgħab għal rasu. Naturalment, jista’ jkun hemm nies miġburin f’post wieħed u jilagħbu flimkien (iżda jkollhom rappreżentant wieħed jidher online).

Il-kwiżż, bħall-ewwel wieħed, se jkun maqsum f’ħames partijiet. Peress li se jsir mid-dar, kull taqsima se jkollha x’taqsam ma’ kamra fid-dar.

Se jkun hemm rebbieħ għal kull taqsima. Ronald Briffa se jkun qed imexxi din l-edizzjoni.

Il-kwiżż se jsir is-Sibt, 23 ta’ Mejju, fis-7.30pm.

Jekk interessat, ibgħat email fuq fundraising@inspire.org.mt jew ibgħat messaġġ bl-email tiegħek. Wara se tkun qed tintbagħat email b’aktar dettalji dwar kif wieħed jista’ jipparteċipa.

Qed tintalab donazzjoni ta’ mhux anqas minn €3 mingħand kull parteċipant b’risq il-Fondazzjoni Inspire. Il-flus jistgħu jintbagħtu permezz ta’ Revolut lil Claire Galea fuq 77884455. Importanti li meta tibagħtu donazzjoni, issir ukoll nota mal-pagament bl-isem u l-kunjom tal-persuna li qed tapplika u l-kelma KWIŻŻ.

Il-kwiżż huwa organizzat minn Inspire Malta, l-Għaqda tal-Malti u Kelma Kelma.