Kwiżż f’għeluq id-90 sena tas-Serie A

Il-preżentaturi ta' Il Campionato fa 90

Il-kampjonat Taljan tal-futbol is-Serie A għalaq 90 sena u biex jiċċelebra dan l-avveniment l-istazzjon Taljan Rai 2 se jkun qed jippreżenta l-programm Il Campionato fa 90 mmexxi minn Luca u Paolo flimkien ma’ Mia Ceran, l-istess tim ta’ Quelli Che il Calcio.

Il-programm għandu jkun wieħed informattiv iżda divertenti fl-istess ħin hekk kif 9 eks plejers tal-futbol tas-Serie A se jkunu qed jisfidaw lil xulxin.

Bla dubju li l-mistoqsijiet jew risposti atl-konkorrenti se jnisslu nostalġija għal min ilu jsegwi dan il-kampjonat peress li dawn il-parteċipanti kienu jilagħbu fis-Serie A mis-Snin 60 ‘il quddiem.

Dawn l-eks plejers huma Giuseppe Boninsegna, Oscar Damiani u Eraldo Pecci (għas-snin 60/70); Evaristo Beccalossi, Giuseppe “Nanu” Galderisi u Bruno Giordano (għas-snin 80/90); Federico Balzaretti, Luca Toni u Nicola Ventola (għas-snin 2000/10).

Mhux se jonqsu l-mistiedna li se jkomplu jagħmlu dan il-programm wieħed aktar speċjali milli hu. Dawn jinkludu lil Marco Civoli, Neri Marcorè, Lorenzo Minotti, Bruno Pizzul u Melissa Satta.