Ritratti: Iċ-ċelebrazzjonijiet lejn Kastilja bdew minn kmieni filgħodu

Kwiet mhux tas-soltu għat-Tnejn filgħodu ikkaratterizza t-toroq Maltin, hekk kif l-għada tal-elezzjoni il-maġġoranza tal-ħwienet u postijiet tax-xogħol baqgħu magħluqa.

Intant il-partitarji Laburisti bdew jiltaqgħu f’lokalitajiet differenti biex iktar tard jinġabru quddiem Kastilja fejn Dr Joseph Muscat mistenni jsellem il-folla wara li jieħu l-ġurament tal-ħatra bħala Prim Ministru fil-Palazz tal-President.

Newsbook żar diversi lokalitajiet madwar Malta u r-ritratti juru l-kwiet fit-toroq fil-ħin bejn is-7am u l-10am.

Ritratti: Catherine Aquilina