Kważi ż-żgħażagħ kollha Maltin jinsabu fuq l-internet

Read in English.

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika kkonferma li kważi ż-żgħażagħ kollha Maltin u Għawdex jinsabu fuq l-internet b’total ta’ 50,733 li għandhom bejn 16 u 24 sena. Dan ifisser 99.4% tal-popolazzjoni f’dik l-età.

Bħala total globali, l-istess uffiċċju stqarr li 85.8% tal-popolazzjoni tal-gżejjer Maltin jinsabu fuq l-internet bl-inqas grupp ikun dak tal-anzjani ta’ bejn il-65 u 74 sena li kważi nofshom jinsabu fuq l-internet (46.2%).

L-istħarriġ daħal ukoll fid-dettal dwar l-indiċi tal-ħiliet diġitali tal-Maltin. Sebgħa minn kull għaxar utenti tal-internet għandhom ħiliet diġitali ġeneralment “bażiċi” jew “ogħla mill-bażiċi”. Iż-żgħażagħ kellhom l-ogħla ħiliet diġitali “ogħla mill-bażi”.

L-istħarriġ wera li l-internet huwa użat l-aktar għall-komunikazzjoni u l-aċċess tal-informazzjoni. Dawn iż-żewġ kategoriji huma wkoll l-aktar oqsma tal-ħiliet diġitali fejn ħareġ persentaġġ għoli ta’ persuni biex ikunu aktar influwenti.

Il-mowbajls jibqgħu l-aktar mezz ta’ kif l-utenti jaċċessaw l-internet u warajhom hemm il-laptops u t-tablets.