“Kważi wasalna” – Meghan dwar it-tqala tagħha

Karen Anvil

Meghan Markle qalet lil fotografa li staqsietha dwar it-tqala, “kważi wasalna.” Dan qed iwassal lil ħafna biex jissuspettaw li t-tarbija rjali mistennija qabel Marzu jew April, kif il-familja rjali kienet indikat oriġinarjament.

Dan il-kumment Meghan tatu fil-Milied, meta l-familja attendiet il-quddies annwali f’Sandringham.

Ħafna nies issa qegħdin jispekulaw jekk it-tarbija ta’ Meghan u Harry tistax tasal fi Frar. Il-fotografa Karen Anvil qalet li Meghan kienet ġentili ħafna magħha, u hi baqgħet tgħożż din l-interazzjoni mad-Dukessa bħala mument prezzjuż f’ħajjitha.