Kważi terz tal-ħaddiema bla xogħol imma għadhom f’impjieg

Miguela Xuereb

Read in English.

Kważi terz tal-ħaddiema qalu li ma kienux qed jaħdmu minkejja li huma f’impjieg. L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika qal li 29% tal-persuni li ħadu sehem fl-istħarriġ li sar fl-aħħar ħmistax ta’ Marzu indikaw li mhumiex jaħdmu minkejja li għandhom impjieg. L-informazzjoni ppubblikata turi wkoll li 59% qalu li x-xogħol tagħhom kien affettwat minħabba l-pandemija tal-COVID-19.

Il-figuri ġew ippubblikati fil-Labour Force Survey li huwa stħarriġ rikurrenti mmirat li jiġbor informazzjoni dwar is-suq tax-xogħol li jkun kumparabbli ma’ dawk tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.

L-NSO spjega li żdiedu għadd ta’ mistoqsijiet oħra dwar il-COVID-19 mal-mistoqsijiet ewlenin li jiġu mistoqsija l-persuni li jkunu qed jipparteċipaw f’dan l-istħarriġ.

Waħda mill-aħbar bidliet li esperjenzaw in-nies li jaħdmu kien it-tnaqqis fil-ħinijiet tax-xogħol. Kważi 80% tal-persuni li qed jaħdmu inqas sigħat, qed jaghmlu dan minħabba nuqqas ta’ xogħol filwaqt li aktar minn terz ta’ dawk li jaħdmu qalu li qed jaħdmu mid-dar.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn