Kważi spiċċatlek il-batterija u ħriġt bla charger…x’tista’ tagħmel issa?

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=XV5z1PRmwU4]

Kważi spiċċatlek il-batterija u ħriġt bla charger…x’tista’ tagħmel issa?
Die with me hi app ġdida fis-suq diġitali li taħdem biss meta l-batterija tal-mowbajl ikun għad fadlilha 5% enerġija.
L-app tagħti aċċess lill-utent li tkun se tispiċċalu l-batterija għal chat room li fiha jkun hemm nies li jinsabu fl-istess sitwazzjoni tiegħu, voldieri li tkun se tispiċċalhom il-batterija wkoll.
Jidher li din l-app ġiet żviluppata minħabba l-fatt li ħafna tant saru dipendenti fuq il-mowbajls tagħhom li ma jgħaddilhomx minn moħħhom li ma jużawhx għas-sempliċi raġuni li jkun wasal biex kważi jintefa.
Fil-verità għalhekk għandna t-tendenza li nżommu l-mowbajl imqabbad mad-dawl biex jiċċarġja, biex inkunu moħħna mistrieħ li l-batterija sservina x’ħin noħorġu.
Imma ma jfissirx li jekk tkun se tispiċċa l-batterija se taqa’ d-dinja, speċjalment jekk ma jkollokx charger miegħek.
F’dak il-każ Die With Me, li tista’ tużaha fuq iPhone u anke fuq Android, tista’ tgħinek tgħaddi ftit tal-ħin sakemm il-batterija tispiċċalek.